Każ wieħed ġdid ta' Covid-19; Aktar minn 260,000 persuna mlaqqma kompletament

B'kollox, sal-bieraħ, Malta amministrat 589,507 doża tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru każ wieħed ġdid ta' Covid-19 filwaqt li sitt persuni oħra fiequ.

Dan ifisser li l-każi attivi issa niżlu għal 54.

Intant issa 260,424 persuna huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19, filwaqt li 340,028 persuna ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

B'kollox, sal-bieraħ, Malta amministrat 589,507 doża tal-vaċċin.

Ilbieraħ saru 1,021 test. 

More in Politika