'Ebda trażmissjoni notevoli ta' Covid-19' minn attivitajiet tal-massa bħala prova f'Liverpool

Id-Direttur tas-Saħħa Pubblika ta' Liverpool jiddeskrivi dawn il-provi bħala suċċess

Il-provi f'Liverpool
Il-provi f'Liverpool

Avvenimenti ta' prova f'Liverpool sabiex tkun eżaminata l-possibilità ta' trażmissjoni ta' Covid-19, permezz ta' żewġ avvenimenti f'nightclubs illi fihom attendew 13,000 persuna, festival tal-mużika u konferenza ma waslu għall-ebda trażmissjoni notevoli tal-virus.  Dan żvelah illum id-Direttur tas-Saħħa Pubblika Matt Ashton, li ddeskriva il-provi bħala "bla dubju suċċess."

Wara dawn l-attivitajiet kollha kienu 11-il persuna biss li ttestjaw pożittiv għal Covid-19, anke jekk inqas minn nofs il-parteċipanti bagħtu l-PCR test wara l-avveniment. 

Il-festival tal-mużika li dam tliet ijiem beda nhar it-28 ta' April, filwaqt li l-attivitajiet fin-nightclubs saru nhar it-30 ta' April u l-1 ta' Mejju u nhar it-2 ta' Mejju sar is-Sefton Park Gig. In-nies ma kellhomx bżonn iżommu d-distanza soċjali jew jilbsu maskri imma biss inkoraġġuti jieħdu test PCR u rapid test, dakinhar tal-festival u ħamest ijiem qabel. 

Ħamsa minn nies ma setgħux jattendu għax irriżultaw pożittiv għall-Covid-19, erba' kienu identifikati bħala 'possibilment kellhom il-Covid-19' waqt l-avveniment u seba' minn nies irriżultaw li kellhom il-virus sebat ijiem wara li attendew. 

Minn dawk li ttestjaw fil-pożittiv tnejn kienu f'Sefton Park u disa' attendew il-clubs. 

Minkejja dan kienu bejn 25% u 46% li bagħtu l-PCR test wara li attendew għal dawn l-attivtajiet.

Il-Professur Iain Buchan mill-Università ta' Liverpool, qal illi "data fil-ħin u azzjoni biex ikunu intraċċati u ttestjati kuntatti ta' nies pożittivi, qabel u wara l-avvenimenti, hija ċ-ċavetta biex tkun ikkontrollata mxija potenzjali f'attivitajiet simili."

Asthon temm jgħid li l-ftuħ tal-ekonomija tad-divertiment huwa "inkredibbilment kumpless u diffiċli, imma inkredibbilment importanti."

More in Politika