Hekk kif mil-lum jiftħu l-gyms, pixxini, filwaqt li r-ristoranti, snack bars u kafetteriji jistgħu jibqgħu miftuħin sa nofsilejl is-sitwazzjoni tal-Covid-19 kompliet tkun waħda tajba lokalment b'żewġ każi ġodda biss irreġistrati minn 1,624 swab test. Dan apparti li fiequ 11-il persuna biex issa l-każi attivi niżlu għal 72.
Dan filwaqt li r-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet tiżdied bit-total ta' dożi issa jitla' għal 474,475, b'180,243 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.
Għal ġurnata ożra me kienu rreġistrati ebda mwoet kawża tal-Covid-19/