12-il persuna fl-Isptarijiet, l-ebda mewt din il-ġimgħa u l-ebda każ fid-djar tal-anzjani

Din hija t-tielet ġimgħa illi matulha ma ġew irreġistrati ebda każi ta' Covid-19 fid-Djar tal-Anzjani

In-numru ta' nies li bħalissa jinsabu fi sptarijiet baqa nieżel għal numri baxxi:  12-il persuna maqsumin f'erba' postijiet differenti.  Erba' każi fl-ITU ta' Mater Dei, erba' oħra fl-Infectuous Diseases Unit, tnejn fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u tnejn oħra fl-Isptar Boffa.  Ma hemm ebda pazjenti bil-Covid-19 fi sptarijiet oħrajn. 

Intant din hija t-tielet ġimgħa illi matulha ma kien irreġistrat ebda każi fid-Djar tal-Anzjani - xhieda ċara tad-differenza u l-effettività tal-vaċċin. Din il-ġimgħa wkoll ma kienet irreġistrata ebda mewt kawża tal-virus.

Intant aktar kmieni wara nofsinhar is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li sa issa huma 95% ta' dawk 'l fuq minn 65 sena li ġew ivvaċċinati, 75% ta' dawk bejn 50 u 59 sena, 69% ta' dawk bejn 40 u 49 sena, 55% ta' dawk bejn 30 u 39 sena u 24% ta' dawk bejn is-16 u d-29 sena. 

Hija qalet ukoll li għadu mhux lok jinfetħu attivtajiet tal-massa u r-rilaxx se jkompli pass, pass.

More in Politika