Jason Micallef jgħid li attivitajiet kulturali 'kkontrollati' mhux se jitħallew isiru

Hu jgħid li l-awtoritajiet indikawlu li lanqas attivtajiet kkontrollati jew b'nies bilqegħda ma jistgħu jitħallew isiru

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali Belt Valletta Jason Micallef qal illi ġie infurmat li għal dan is-Sajf kollu - sa Settembru - mhux se jingħata ebda permess għal attivtajiet kulturali fi spazji miftuħin, toroq, pjazez u postijiet oħrajn, "anke jekk id-dħul ikun ikkontrollat."

"Xi ħaġa li assolutament ma nistax nifhem aktar," qal Micallef. 

Jason Micallef qal li l-awtoritajiet qalulu li dan "jgħodd għal kulħadd u għall-pajjiz kollu għal matul is-Sajf kollu, inkluż postijiet ta' divertiment fil-miftuh bħal diskoteki, u oħrajn."

More in Politika