Il-Progress Press tiftaħ protest ġudizzjarju kontra Schembri, Hillman u Buhagiar

Tgħid illi bil-ftehim li sar  - u li minnu jgħidu li gawdew Keith Schembri u ż-żewġ eks diretturi tagħha -  Adrian Hillman u Vince Buhagiar - hi sfat vittma ta' ftehim abbużiv

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u d-Direttur Maniġerjali tal-Allied Group Adrian Hillman
L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u d-Direttur Maniġerjali tal-Allied Group Adrian Hillman

Il-Progress Press Company - li hija l-parti mill-Allied Group - fetħet protest ġudizzjarju kontra l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri kif ukoll żewġ eks Diretturi tagħha - Vincent Buhagiar u Adrian Hillman - wara li qed tisħaq illi hi tilfet $5 miljun meta inxtara makkinarju minn Kasco Engineering fl-2008. 

Il-Kumpanija qed tisħaq illi Keith Schembri, Adrian Hillman, Vincent Buhagiar, Malcolm Scerri, Alfio Schembri (missier Keith Schembri) u Kasco Engineering daħlu total ta' $5 miljuni minn ftehim ta' $13.5 miljun, "li kien iffirmat b'rieda tajba mill-Bord tad-Diretturi li kienu ppreżentati bix-xogħol miċ-Chairman (Hillman) u l-managing Director (Buhagiar)"

Il-kumpanija qalet illi issa qed tifhem, wara x-xhieda ħierġa fil-Qorti illi hi kienet "vittma ta' ftehim abbużiv, illeċtu u magħmul b'segretezza minn wara dahar id-diretturi tal-kumpanija għal benefiċċju ta' Schembri, Hillman u Buhagiar."

Il-Kumpanija għalhekk qegħda titlob għal kumpens għall-ħsara li saret lil progress Press Press u Allied Newspapers - li jippubblikaw il-gazzetta The Times of Malta. 

 

More in Politika