Iweġġa' wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f'żewġ karozzi pparkjati

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15am, fi Triq il-Karmnu f'Birkirkara

Żagħżugħ ta' 21 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma' żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15am, fi Triq il-Karmnu f'Birkirkara.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post, biż-żagħżugħ jingħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Politika