Il-każi attivi tal-Covid-19 ikomplu jonqsu; 11-il każ ġdid u jfiqu 23

121,185 persuna ħadu t-tilqima kollha filwaqt li 258,766 persuna qed jistennew it-tieni doża

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 11-il każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li kkonfermaw li fiequ 23 pazjent ieħor.

Għal ġurnata oħra ma kien hemm l-ebda mwiet.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu għal 213.

Intant it-tilqim kompla miexi b'ritmu tajjeb ħafna. Sal-bieraħ kienu amministrati 379,951 doża.

121,185 persuna ħadu t-tilqima kollha filwaqt li 258,766 persuna qed jistennew it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 1,524 test.

More in Politika