Ritratti | Il-Belt Valletta tibda tinbidel fi ġnien

Ġnien fid-daħla tal-Belt Valletta qed iħejji lill-viżitaturi għall-Valletta Green Festival li se jkun qed jilħaq il-qofol tiegħu bejn is-7 u l-11 ta' Mejju

Il-Belt Valletta sabiħa dejjem, imma meta terġa' tibda tieħu l-ħajja, tisbieħ ħafna aktar.

Minn illum daħal il-Belt Valletta ġie milqugħ bi ġnien ta' fjuri li ntrama quddiem il-Parlament, anke b'dedika għal Oliver Friggieri li kien kiteb ir-Rumanż ċelebri 'Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri.'

Dan qed iħejji lill-viżitaturi għall-Valletta Green Festival li se jkun qed jilħaq il-qofol tiegħu bejn is-7 u l-11 ta' Mejju.

Għal din is-sena, dan il-festival se jkun mifrux tul Triq ir-Repubblika kollha, bl-infjorata enormi fi Pjazza San Ġorġ.

Kif żvela ma' dan is-sit iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, dan huwa biss il-bidu ta' programm ta' attivitajiet fil-Belt Kapitali. 

More in Politika