Il-ħaddiema fis-servizzi korrettivi se jkollhom ftehim kollettiv ġdid

Il-PM Robert Abela jħabbar dan dalgħodu filwaqt li jgħid li f'leġiżlatura l-Gvern se jkun tejjeb l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha fil-forzi tal-ordni

Il-PM Abela dalgħodu qabel il-konferenza
Il-PM Abela dalgħodu qabel il-konferenza

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dalgħodu illi l-Gvern se jkun qed jiffirma ftehm kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-aġenzija għas-servizzi korrettivi. 

Il-Prim Ministru Robert Abela qal illi dan ifisser li f’din il-leġiżlatura "se nkunu tejjibna l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha fil-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna."

Huwa fakkar li l-Gvern preżenti ta lill-forzi tal-ordni, għall-ewwel darba:  Ġimgħa ta’ 40 siegħa xogħol u ħlas għas-sigħat extra, dritt li jissieħbu f’unjin, skema ta’ benefiċċju f’każ ta’ xi inċident fuq il-post tax-xogħol u l-25 sena servizz li ma kienx għand il-ħaddiema tal-forzi dixxiplinati kollha.

More in Politika