Mil-lum ir-Renju Unit jiddaħħal fiż-żona amber għal Malta

Ir-Renju Unit kien wieħed mill-pajjiżi fiż-żona ħamra għall-ivjaġġar

L-awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika spjegaw kif mil-lum, ir-Renju Unit mhux se jibqa' jitqies fiż-żona ħamra għall-ivvjaġġar, u se jiddaħħal fiż-żona amber. 

Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista oranġo għandu jipprovdi PCR Covid-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Dan l-avviż se jidħol fis-seħħ mil-lum 27 ta’ April, 2021.

Preżentament Malta ma għandha l-ebda pajjiż fiż-żona ħadra għall-ivjaġġar.

Dan ifisser li hemm kontrolli fuq kull min jidħol f'Malta. 

More in Politika