Żewġ żgħażagħ l-isptar wara inċident bil-mutur; Wieħed minnhom fil-periklu tal-mewt

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq San Pawl tal-Pitkali, Ħad-Dingli

Żewġ żgħażagħ iddaħħlu l-isptar wara inċident bil-mutur li seħħ ilbieraħ filgħaxija, fi Triq San Pawl tal-Pitkali, Ħad-Dingli.

Jidher li żagħżugħ ta' 29 sena minn Nepal tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq. Miegħu kien hemm żagħżugħ ta' 26 sena.

Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika