Il-Qorti tilqa' l-mandat tas-sidien tal-Beachaven fix-Xemxija kontra marina quddiem l-istabbiliment

Is-sidien tal-Beachaven sostnew li xogħlijiet fuq marina minn Transport Malta huma 'illegali' u qed isiru fuq tender li kien diġà ġie revokat snin ilu

L-istabbiliment tal-Beachhaven fix-Xemxija
L-istabbiliment tal-Beachhaven fix-Xemxija

L-iżvilupp ta' Marina lilhinn mill-Beachaven fix-Xemxija twaqqaf wara li l-Qorti laqgħet mandat ta' inibizzjoni li fetħu s-sidien tan-nightclub. 

Fid-deċiżjoni tiegħu l-Imħallef Robert Mangion iddeċieda li t-talba ta' Godwin u Jeanette Cutajar tissodisfa l-kriterji kollha legali sabiex joħroġ tali mandat.  Huma bdew azzjoni - permezz tal-avukat Alex Scerri Hererra - wara li Transport Malta informat illi fi Frar se jibda xogħol fuq  irmiġġ organizzat għad-dgħajjes, eżatt barra l-istabbiliment tal-Beachaven, fil-bajja tax-Xemxija. 

Is-sidien qed jisħqu illi x-xogħolijiet huma illegali u qed isiru fuq tender ta' Transport Malta li kien revokat snin ilu. 

 

More in Politika