Kważi 60,000 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin; 56 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta' 55 sena 

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 56 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 73 persuna fiequ mill-virus.

Ilbieraħ ukoll miet raġel ta' 55 sena li kien qed jingħata l-kura f'Mater Dei. L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 399.

Dan kollu jfisser li l-każi attivi issa komplew jonqsu għal 531.

Kompla wkoll it-tilqim hekk kif sa issa, 59,032 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

156,000 persuna ħadu l-ewwel doża u bħalissa qed jistennew biex jingħataw it-tieni waħda.

More in Politika