In-numri jibqgħu neżlin - 55 każ ġdid u jfiequ 286 persuna ... il-każi attivi taħt l-1,000

In-numri tal-każi l-ġodda jibqgħu neżin filwaqt li jingħataw 186,111 doża

In-numri ta' Covid-19
In-numri ta' Covid-19

In-numri tal-Covid-19 komplew neżlin b'55 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa, l-inqas numru ta' każijiet sa mill-bidu ta' Frar.  Dawn il-55 każ irriżultaw minn 2,086 swab test.  Fl-istess 24 siegħa fiequ 286 persuna, biex issa l-każi attivi niżlu taħt l-1,000 għal total ta' 899. 

Sa issa intant ingħataw 186,111 doża li minnhom 52,340 kienu nies li ħadu t-tieni doża wkoll. 

Intant, fl-istess perjodu ta' ħin tilfu ħajjithom żewġ anzjani oħra, ta' 78 sena u 83 sena biex it-total ta' persuni li tilfu ħajjithom sa issa tela' għal 390. 

More in Politika