In-numru jibqgħu stabbli; 102 każi ġodda ta' Covid-19 u jfiqu 291

47,081 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

In-numri ta' każi ġodda ta' Covid-19 jibqgħu stabbli hekk kif fl-aħħar 24 siegħa, minn fost 3,049 test, instabu 102 każi ġodda.

Apparti minn hekk fiequ 291 persuna.

Fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta' 76 sena biex it-total tal-imwiet issa tela' għal 378 persuna.

Il-każi attivi issa niżlu għal 2,086.

Intant, kompla wkoll it-tilqim hekk kif sal-bieraħ kienu amministrati 160,260 doża.

Minn dawn, 47,081 peruna ħadu ż-żewġ dożi.

More in Politika