Amministrati aktar minn 130,000 doża tal-vaċċin; 211 każ ġdid ta' Covid-19

Apparti minn hekk, tilfu ħajjithom erba' persuni oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 211-il każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 193 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.

Apparti minn hekk, tilfu ħajjithom erba' persuni oħra biex b'kollox mietu 361 persuna.

L-aħħar erba' vittmi kienu tlett irġiel ta' 62, 68 u 83 sena u mara ta' 84 sena. Kollha kemm huma kienu rikoverati f'Mater Dei.

Apparti minn hekk, ġew amministrati 130,861 doża tal-vaċċin filwaqt li 40,859 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Ilbieraħ saru 4,053 test. 

More in Politika