'Il-Gozo Conference & Expo Centre se jakkomoda lill-Għawdxin kollha għall-vaċċin'

Il-Ministeru ta' Għawdex jerġa' jfakkar li għalliema Għawdxin li ngħataw appuntament f'Malta se jingġataw wieħed ġdid f'Għawdex ...

Il-Ministru ta' Għawdex Clint Camilleri
Il-Ministru ta' Għawdex Clint Camilleri

Il-Ministru ta' Għawdex fi stqarrija sostna illi lilhinn mill-impressjoni - skont hu - "żbaljata li ppruvat tingħata mill-Oppożizzjoni, b’rabta mal-ġlieda kontra l-Covid-19" fil-gżira Għawdxija għaddejja ħidma għall-ġid ta’ kulħadd.

Fi stqarrija l-Ministeru qal illi  flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, ikkonverta l-Gozo Conference & Expo Centre fir-Rabat Għawdex għal Ċentru Ewlieni ta’ Vaċċinazzjoni għal Għawdex.

"Dan il-post għandu l-kapaċità li jakkomoda l-Għawdxin kollha bi programm estensiv ta’ vaċċinazzjoni.  Permezz ta’ dan ix-xogħol qawwi, l-Għawdxin se jkunu moqdija f’Għawdex stess, kif diġà ntqal kemm-il darba."

Il-Ministeru fakkar li dawk l-għalliema li rċevew appuntament għall-vaċċin f’Malta, se jirċievu appuntament ġdid f’Għawdex stess.

"Il-ġlieda kontra l-Covid-19 m’għandiex tkun ballun politiku u kulħadd għandu jaħdem għall-interess nazzjonali b’mod matur u responsabbli."

More in Politika