Aġġornata | L-EMA tapprova l-vaċċin ta' Johnson & Johnson; Jirrikjedi doża waħda biss

Dan se r-raba' vaċċin li mistenni jasal Malta

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, approvat ir-raba' vaċċin kontra l-Covid-19, jiġifieri dak tal-kumpanija Johnson & Johnson.

Dan il-vaċċin jirrikjedi biss li tingħata doża waħda u għalhekk huwa mistenni li jħaffef il-proċess tat-tilqim.

Dan ifisser li issa, għall-użu fl-Unjoni Ewropea, hemm approvati erba' vaċċini, jiġifieri dak ta’ BioNtech u Pfizer, Moderna, AstraZeneca u issa ta' Johnson & Johnson.

L-ewwel vaċċin, dak ta' Pfizer, ġie approvat f'Diċembru li għadda, bl-ewwel tilqima f'Malta tingħata fis-27 ta' Diċembru.

Sa issa, tlaqqmu l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u frontliners oħra fosthom il-Pulizija u l-Armata.

Bdew jiġu mlaqqma wkoll l-edukaturi u l-istaff tal-iskejjel u anke ħaddiema oħra essenzjali. 

Tlaqqmu l-anzjani li għandhom minn 75 sena 'il fuq u qed jitlaqqmu wkoll il-persuni vulnerabbli.

Anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena bdew jirċievu wkoll l-appuntamenti.

Malta fil-fatt tinsab fuq quddiem nett fir-rata tat-tilqim fl-Unjoni Ewropea.

Sal-bieraħ ġew amministrati 105,416-il doża. 35,093 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

More in Politika