Inti sid ta' bar jew każin? Titħabbar l-għajnuna mill-Gvern għax-xahar ta' Marzu

Il-Ministru Clayton Bartolo jħabbar l-għotjiet li se jingħataw lil bars u l-każini li reġgħu ntalbu jibqgħu magħluqa

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo llum ħabbar l-allokazzjoni li se tkun qed tingħata lis-sidien tal-bars li ntalbu jibqgħu magħluqa anke tul ix-xahar ta' Marzu minħabba l-pandemija.

Bartolo ħabbar dan waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Għaqda Każini tal-Baned. L-għajnuna se tkun hekk:

Kategorija A: Barijiet li għandhom liċenzja kummerċjali mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se jieħdu sa €3,587. (Sal-aħħar ta' Frar ħadu €2,870)

Kategorija B: Sidien ta' barijiet li jiffurmaw parti minn xi għaqda jew każin se jieħdu sa €2,325. (Sal-aħħar ta' Frar ħadu €1,860)

Kategorija Ċ: Għaqdiet oħra li huma rreġistrati mal-Kummissarju tal-Pulizija, esklużi l-każini politiċi, se jieħdu sa €1,575. (Sal-aħħar ta' Frar ħadu €1,260)

Il-Ministru spjega li jekk sid ta' bar ħa l-assistenza taħt Kategorija B, l-għaqda jew kumitat xorta waħda hija intitolata għal assistenza taħt kategorija Ċ sakemm ikun hemm il-liċenzja tal-Pulizija.

L-informazzjoni kollha dwar din l-iskema tinsb fuq is-sit www.mta.com.mt. Wieħed jista' jċempel ukoll lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq 22915000 jew jibgħat imejl fuq [email protected].

More in Politika