Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħabbar roħs f'erba' mediċini importanti, liema roħs jidħol fis-seħħ mil-lum.
Il-Procoralan, li tintuża għall-mard kroniku tal-kardjovaskulari naqset b'€46.60 biex minn €66.62 issa tiswa €20.02.
L-Aripiprazole naqset b'€10.50 biex minn €22.50 issa tiswa €12.00. Din tintuża għall-kundizzjoni tal-iskiżofrenija.
Ir-Rivaroxaban naqset b'€27.60 biex minn €54.00 issa tiswa €26.40. Din tintuża għall-prevenzjoni ta' mard bħall-puplesija u l-emboliżmu.
Il-Perindopril naqset b'€1.89 biex issa tiswa €8.31. Qabel kienet €10.20. Din tintuża għall-pressjoni għolja.