Kważi 15,000 jingħataw it-tieni doża ... 154 każ ġdid u 206 ifiequ

Total ta' 48,474 jieħdu tilqima tal-vaċċin sa issa ... imutu żewġ persuni oħra, wieħed ta' 63 sena u ieħor ta' 82 sena

B'kollox sa issa huma 14,739 persuna li ħadu kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.  Sa issa wkoll ingħataw b'kollox 48,474 tilqima, inkluż dawk li ngħataw l-ewwel u t-tieni tilqima. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 154 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 206 fiequ, biex issa f'Malta hawn 2,344 każ attiv tal-virus. 

Sfortunatament l-imwiet baqgħu telgħin, b'żewġ anzjani oħra jmutu - wieħed ta' 82 u persuna oħra ta' 63 sena.  B'kollox, sa issa, tilfu ħajjithom 290 persuna li kienu pożittivi għall-Covid-19

More in Politika