Jannar iktar xott mill-medja ... temp kiesaħ fil-ġranet li ġejjin

L-ogħla temperatura fid-9 ta' Jannar, titniżżel fir-rekords meteoroloġiċi bħala l-ogħla temperatura tal-arja li qatt esperjenzaw il-gżejjer Maltin fix-xahar ta' Jannar mill-1923 'l hawn

Għalkhemm is-sena 2021 bdiet b'maltempata, Jannar stabbillixxa rekord ġdid b'temperatura massima ta' 25.8°C. Jannar ta' din is-sena kien wieħed mill-aktar xott, b'70.4 mm xita mkejla. Ġew irrapurtati ukoll ftit iktar 176 siegħa xemxin, dan ifisser 14 il-siegħa aktar min-norma klimatika. 

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jirraporta ukoll li l-ogħla tempertatura ta' Jannar kienet fid-9 ta' Jannar u se tiġi mniżżla fir-rekords meteoroloġiċi bħala l-ogħla temperatura tal-arja li qatt esperjenzaw il-gżejjer Maltin fix-xahar ta' Jannar mill- 1923 'l hawn.

Iżda x-xemx mistennija tonqos fill-jiem li ġejjin tant li ser jġibu magħhom temp xitwi. Dawn it-temperaturi baxxi huma mistennijin jibdew minn nhar is-Sibt u ser jibqgħu jippersistu sa nofs il-ġimgħa d-dieħla. Hu mbassar ukoll li l-Ħadd, it-temperatura se tkun qed tvarja bejn minimu ta' 4°C u massimu ta' 12°C u li ser tinħass 9°C matul il-jum u madwar 0°C matul il-lejl. 

More in Politika