Filmat | 'Kulħadd kuntent u sodisfatt bil-kariga mogħtija lilu fix-Shadow Cabinet' - Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech iżur l-Università f'laqgħa mal-Kunsill Studenti Universitarji

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech wara laqgħa mal-Kunsill Studenti Universitarji qal li kull Deputat huwa "kuntent u sodisfatt" bil-kariga mogħtija lilu fir-reshuffle tax-Shadow Cabinet u ċaħad illi hu mar lura minn xi deċiżjoni li kien ħa f'dan ir-rigward.  Hu fil-fatt kien qed jirreaġixxi għal rapport li deher fuq il-gazzetta Maltatoday li rrapportat kif it-tibdil ta' Stephen Spiteri minn Kelliem għas-Saħħa kien milqugħ minn theddid ta' riżenji fit-tieni distrett mill-kumitati lokali.  L-istess gazzetta rrappurtat ukoll illi l-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo rrifjuta li jitlaq ix-Shadow Minstry tat-Turiżmu. 

Grech dejjem ċaħad dan u l-Ħadd li għadda fin-Nadur saħansitra implika li dawn l-istejjer huma tentattiv mill-Partit Laburista kontra l-PN, li skont hu, qed jissaħħaħ.  Hu għamel riferenzi għall-aħħar sondaġġ tal-Mediatoday, li juri illi d-distakk elettorali f'Jannar kien niżel għal madwar 26,000 vot favur il-Partit Laburista.

Intant il-Kap Nazjonalista qal li kulħadd għandu jfittex l-għajnuna u qal ukoll li fid-dawl tal-isfidi tal-pandemija, "ħadd ma għandu jiddejjaq ifittex l-għajnuna".  Grech qal li għalhekk għandu jkun hemm servizzi fejn persuni jkunu jistgħu jfittxu l-għajnuna. 

More in Politika