Fly Dubai se tibda titjiriet lejn Malta mit-12 ta' Mejju

Din se tkun l-ewwel linja tal-ajru li se tkun qed toffri titjira diretta mal-Emirati Għarab Magħquda hekk kif l-Emirates ma baqgħux itiru lejn Malta minħabba l-pandemija

Il-linja tal-ajru Fly Dubai ħabbret li se tkun qed tibda titjiriet lejn Malta erba’ darbiet fil-ġimgħa mit-12 ta’ Mejju li ġej, b’titjira li tinkludi wkoll Katanja fi Sqallija.

Din se tkun l-ewwel linja tal-ajru li se tkun qed toffri titjira diretta mal-Emirati Għarab Magħquda hekk kif l-Emirates ma baqgħux itiru lejn Malta minħabba l-pandemija.

L-itinerarju, li jinkludi wkoll lil Malta, tħabbar fl-istess jum li fih il-linja tal-ajru ħabbret li se tkun qed topera wkoll titjiriet lejn Katanja, Napli u Salzburg.

It-titjiriet lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-ajruport ta’ Katanja, se jibdew fit-12 ta’ Mejju, erba’ darbiet fil-ġimgħa.

Ix-xahar li għadda, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, f’rapport qal li huwa kruċjali li Malta terġa’ tibni mill-ġdid il-konnessjonijiet bl-ajru li tilfet jekk trid li malajr kemm jista’ jkun tirkupra ekonomikament.

Il-kumpanija Fly Dubai hija sussidjarja tal-Emerites.

More in Politika