Imut ix-xandar u ġurnalist popolari Larry King wara li ddaħħal l-Isptar pożittiv għall-Covid-19

Imut ix-xandar sinonimu mal-programm li kien iġib ismu:  'Larry King Live' 

Larry King imut ta' 87 sena
Larry King imut ta' 87 sena

Larry King, preżentatur fuq l-istazzjon tal-aħbarijiet CNN, għal snin twal - magħruf għall-istil partikolari tiegħu - miet fl-età ta' 87 sena, filwaqt li kien pożittiv għall-Covid-19.  Hu kien iddaħħal pożittiv għall-virus fl-Isptar ta' Los Angeles lejn l-aħħar ta' Diċembru u kien ibati minn diversi kundizzjonijet mediċi oħrajn. 

King kien imexxi l-programm Larry King Live għal 25 sena. 

Messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook kkonferma l-mewt, filwaqt li fakkar illi x-xandar ħadem f'diversi radji u stazzjonijiet għal 63 sena sħaħ.  "L-eluf ta' intervisti, awards u fama globali huma xhieda tat-talent uniku ta' dan ix-xandar," jgħid il-messaġġ. 

King twieled bl-isem Lawernce Zeiger fi Brooklyn, New York u beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist wara li mar jgħix Florida.  Hu ppreżenta l-ewwel programm tar-radju fl-1957 u biddel ismu għal Larry King sentejn wara. 

More in Politika