Covid-19 | 13,000 jieħdu t-tilqima, 1,300 fl-aħħar 24 siegħa u 200 każ ġdid

 ... u 148 persuna tfieq fl-istess perjodu ta' żmien

Skont l-aħħar ċifri tal-awtoritajiet tas-saħħa, sal-bieraħ kienu ġew imlaqqma 13,000 persuna b'kollox bil-vaċċin kontra l-Covid-19, jiġifieri 1,300 tilqima f'24 siegħa.  Sa' nhar it-Tnejn kienu ġew imlaqqma 11,700 persuna.  

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll irriżultaw 200 każ ġdid tal-virus, minn 3,481 swab test, filwaqt li 148 persuna fieqet. 

Dan ifisser illi bħalissa Malta għandha 2,835 każ attiv ta' Covid-19, b'total ta' 15,942 każ ta' Covid-19 minn Marzu li għadda, li minnhom 12,865 fiequ mill-Covid-19. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll tilfet ħajjitha persuna oħra li kienet pożittiva għall-virus - anzjana ta' 84 sena.

More in Politika