Bħalissa, 151 persuna bil-Covid-19, jinsabu rikoverati fl-isptarijiet, b'16-il persuna qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Apparti dawn, hemm 42 persuna oħra li jinsabu fl-Isptar Mater Dei.
Disa' persuni qed jiġu rikoverati fl-isptar Boffa, 10 fl-isptar St. Thomas u persuna waħda f'Karin Grech.
62 pazjent qed jingħataw il-kura fl-Isptar Good Samaritan, li fih qed jilqa' anzjani li jkunu nstabu pożittivi fi djar tal-anzjani.
Hemm ukoll tliet pazjenti fl-isptar Monte Karmeli, u tmien pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Aqra wkoll:
193 każ ġdid ta' Covid-19 u tmut persuna oħra
Sa nhar it-Tnejn se jkunu tlaqqmu aktar minn 13,000 persuna