Jitressaq għat-tieni qari l-Abbozz ta' Liġi għal rappreżentanza aktar ugwali fil-Parlament

Il-mekkaniżmu, fil-qalba ta' dan l-abbozz, jidħol fis-seħħ biss meta wieħed mis-sessi jikseb inqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari

Illum, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza, Rosianne Cutajar se tkun qed tressaq quddiem il-Parlament, għat-tieni qari, l-Abbozz ta' Liġi li l-għan tiegħu huwa li jwassal għal rappreżentanza aktar ugwali fil-Parlament , bid-dikussjoni se tkun qed tinfetaħ mill-Prim Minstru Robert Abela.

Fil-fatt, dan l-abbozz storiku jinkludu emendi Kostituzzjonali biex jassigura li s-sess sotto rappreżentat fil-Parlament, bħalissa ovvjament is-sess femminili, ikun rappreżentat aktar f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Il-mekkaniżmu, fil-qalba ta' dan l-abbozz, jidħol fis-seħħ biss meta wieħed mis-sessi jikseb inqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari.

F’każ li jiġri hekk, dan il-mekkaniżmu jippermetti li jiżdiedu sa massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali, liema siġġijiet ikunu riservati għal kandidati mis-sess sotto-rappreżentat (preżentament in-nisa).

Ovvjament, dawn in-nisa jkunu kkontestaw l-elezzjoni iżda ma jkunux telgħu bil-proċess eżistenti.

F’każ li kemm l-irġiel u anke n-nisa awtomatikament jaqbżu l-40%, il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ u ma jiskattax.

Bħalissa, 13% biss tad-Deputati huma nisa.

Jidher li hemm qbil fil-Parlament dwar din il-liġi.

Aqra wkoll: Ma fhimtx kif se jkunu eletti aktar nisa? Il-bidliet proposti pass pass

More in Politika