Tawh daqqiet ta' sieq, tefgħuh fl-art u serquh fl-ewwel tas-sena

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li weġġgħu u serqu anzjan fl-ewwel jum tas-sena

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li attakkaw u serqu anzjan ta' 67 sena fl-ewwel jum tas-sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu fi Triq is-Salib tal-Marsa, fil-Marsa.

Jidher li l-anzjan ingħata daqqiet ta' sieq u l-agressuri serqulu l-mowbajl u ħarbu minn fuq il-post b’vettura.

Wara sigħat ta’ osservazzjoni b’informazzjoni dwar min setgħu kienu l-allegati agressuri, ilbieraħ il-pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri ċċirkondaw vettura, l-istess waħda li ntużat waqt is-serqa.

Fiha kien hemm żewġt irġiel, wieħed ta’ 42 sena li joqgħod il-Gżira u ieħor ta’ 33 sena li joqgħod Wied il-Għajn.

Iż-żewġt irġiel qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ u mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Politika