Tliet anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

 ... it-total ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus, minn Marzu, issa jitla' għal 160

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 biex issa n-numru ta' persuini li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 minn Marzu li għadda tela' għal 160.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet ilbierah fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 90 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet aktar kmieni lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

More in Politika