Imutu tliet anzjani oħra bil-Covid-19

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 125

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 125.

More in Politika