Ritratti | 'Bħal profeta poeta huwa preżenza skomda; meta jgħaddi l-istaġun tiegħu nindunaw xi tlifna'

Malta llum sellmet lill-Professur Oliver Friggieri, il-ħassieb, il-poeta u l-patrijott

Illum Malta qed issellem lill-Professur Oliver Friggieri ... il-ħassieb, il-poeta u l-patrijott.

Il-quddiesa praesente cadavere qed issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fis-2.00p.m u se tkun ikkonċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna. L-innijiet kollha li tkantaw waqt il-funeral, kienu kollha miktuba mill-Professur Friggieri.

Waqt l-omelija tiegħu, l-Arċisqof silet ir-riflessjonijiet tiegħu mill-versi li kiteb il-Professur Oliver Friggieri stess u ddeskrivih bħala persuna li "b'imħabba kellimna bil-verità u b'umilità ta' ħabib imma bi kjarezza ta' min jara u jifhem."

Fi kliem l-Arċisqof, poeta, bħal profeta, x'aktarx li jkun preżenza skomda imma meta jgħaddi l-istaġun tiegħu "nindunaw xi tlifna."

Ritratt ta' MediaToday / James Bianchi
Ritratt ta' MediaToday / James Bianchi
Mumenti mill-quddiesa tal-funeral tal-Professur Oliver Friggieri

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, il-Professur Manwel Mifsud qara eloġju akkademiku għall-Professur Friggieri u nqraw ukoll diversi ħajki li kiteb hu stess.

Politiċi, qraba ta' Oliver Friggieri u akkademiċi jattendu għall-quddiesa tal-funeral

Il-Korteo funebri telaq mill-Isptar Mater Dei fis-12.45p.m lejn l-Università ta’ Malta fejn il-Professur Friggieri għadda għexieren ta’ snin minn ħajtu jeduka lill-istudenti tiegħu bħala lettur fid-Dipartiment tal-Malti fejn serva wkoll bħala Kap tad-Dipartiment u Professur tal-Letteratura. 

Il-wasla tal-korteo funebri fl-Università ta' Malta

Minn hemmhekk il-Korteo funebri kompla għal quddiem ir-residenza privata tiegħu fi Fleur-de-Lys, u għal quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Furjana, raħal twelid Friggieri fejn ingħatatlu tislima mill-Kunsill Lokali tal-Floriana u mill-Kleru tal-Parroċċa ta’ San Publiju, li tant kien iħobb. Fil-fatt, is-Sindku tal-Furjana, Davina Sammut Hili qed tipproponi li l-Istat jaħdem fuq monument f'ġieħ il-Professur Friggieri u li dan isir fil-Furjana stess.

Friggieri, li kellu 73 sena, miet nhar is-Sibt li għadda.

Huwa jibqa' mfakkar bħala ġgant tal-letteratura u ħabib tal-Ilsien Malti. Anke jekk ħafna jiftakkruh bħala bniedem sempliċi u twajjeb, il-poeżija tiegħu kienet waħda li tolqot fil-laħam il-ħaj u ma ddejjaqx jikkritika, dejjem b'imħabba, fejn kien hemm bżonn, inkluż lill-poplu nnifsu.

Fost ir-Rumanzi l-aktar magħrufa tiegħu, jibqgħu 'It-Tfal jiġi bil-Vapuri' u 'Fil-Parlament ma jikbrux Fjuri.'

Ix-xogħlijiet tiegħu ġew tradotti f’bosta lingwi f’pajjiżi barranin u għamlu isem lil Malta madwar id-dinja.

Friggieri huma maħbub minn bosta, partikolarment eks studenti tiegħu. Huma jiddeskrivu l-lezzjonijiet tiegħu kienu lezzjonijiet dwar il-ħajja.

More in Politika