Erba' anzjani oħra jisfaw vittma tal-Covid-19

L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 117-il persuna

Il-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 71 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 117-il persuna.

More in Politika