Ritratti | L-erba' Ministri ġodda jieħdu l-ġurament

Huma ħadu l-ġurament quddiem il-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton

Illum, Clayton Bartolo, Clyde Caruana, Justyne Caruana u Miriam Dalli ħadu l-ġurament ta' Ministru wara reshuffle li tħabbar mill-Prim Ministru nhar is-Sibt li għadda.

Huma ħadu l-ġurament quddiem il-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Clayton Bartolo inħatar Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, Ministeru li ħa minn idejn Julia Farrugia Portelli li issa nħatret Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

Il-Ministru Clayton Bartolo
Il-Ministru Clayton Bartolo

Clyde Caruana inħatar Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, hekk kif l-eks Ministru Edward Scicluna nħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Il-Ministru Clyde Caruana
Il-Ministru Clyde Caruana

Justyne Caruana se tilħaq Ministru għall-Edukazzjoni hekk kif ħadet dan il-Ministeru minn għand Owen Bonnici li issa huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19

Il-Ministru Justyne Caruana
Il-Ministru Justyne Caruana

Miriam Dalli ngħatat il-ġurament bħala Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, responsabbilitajiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministru Michael Farrugia, il-Ministru Silvio Schembri u l-Ministru Carmelo Abela, rispettivament.

Il-Ministru Miriam Dalli
Il-Ministru Miriam Dalli

Minkejja li kien hemm aktar tibdil fil-kabinett, ma kienx hemm bżonn li membri oħra tal-Kabinett jieħdu l-ġurament hekk kif dawn ħadu l-ġurament bħala Ministri f'Jannar li għadda meta Robert Abela sar Prim Ministru.

More in Politika