1,750 membru tal-AFM jibbenefikaw minn ftehim settorjali ġdid iffirmat illum

Dan il-ftehim bejn il-Gvern u l-GWU se jara li s-suldati jieħdu allowances ogħla, fost oħrajn

Il-Gvern iffirma ftehim settorjali mal-Forzi Armati ta' Malta, li se jiswa' €8.2 miljun .  

Il-ftehim li ġie iffirmat nhar it-Tlieta wara nofsinhar se jfisser allowances ogħla lill-forzi armati fid-diviżjonijiet kollha u se jfisser ukoll kumpens għal dawk li jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa.

B'kollox se jkunu 1,750 suldat li se jibbenifika minn dan il-ftehim settorjali li kien iffirmat bejn il-Gvern u General Workers' Union.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-ftehim juri illi l-Gvern għandu fiduċja fl-armata.  Abela wiegħed li se jkompli jaħdem biex jappoġġja lill-armata, filwaqt li jkompli jtejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż. 

Abela ħabbar li wara ftehim simili ma' tal-Protezzjoni Ċivili u l-AFM, issa l-Gvern se jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiem fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin. 

More in Politika