Jinstabu 109 każi ġodda ta' Covid-19; Ifiqu 108 persuna

Dan ifisser li issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 2,079

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 109 każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li 108 każi ġew ikkonfermati mfejqa.

Dan ifisser li issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 2,079.

Ilbieraħ saru 3,460 test.

Mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm 14-il każ ta' qraba ta' pazjenti, tliet każi minn fuq il-post tax-xogħol u ħames persuni li kellhom kuntatt dirett ta' persuni pożittivi għall-virus.

Dan ifisser li 114-il każ kienu sporadiċi, jiġifieri l-pazjenti ma jafux minn fejn ħadu l-virus.

Minn meta faqqgħet il-pandemija, f'Malta kien hawn 7,646 każ ta' Covid-19. 88 persuna sfaw vittma filwaqt li 5,479 persuna fiequ

More in Politika