Jason Azzopardi jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari wara laqgħa ma' Bernard Grech

Jason Azzopardi jaċċetta li ma jibqax parti mill-Grupp Parlamentari u Shadow Cabinet wara l-istorja żvelata fuq il-gazzetta ILLUM dwar ħlas għal kamra fil-Hilton ta' Tel Aviv

Bernard Grech, Kap tal-PN u issa tal-PN
Bernard Grech, Kap tal-PN u issa tal-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum iltaqa’ mad-Deputat Parlamentari Jason Azzopardi. Dan wara l-istorja żvelata ilbieraħ fuq il-gazzetta ILLUM dwar mawra f'Tel Aviv f'Marzu 2017, bil-kamra tal-lukanda ta' Azzopardi mħallsa minn Tumas Group

Jidher illi Azzopardi qabel li jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u mix-Shadow Cabinet sakemm tintemm l-intevistazzjoni li għaddejja mill-Kummissarju tal-Istandards u li talab l-istess Azzopardi lbieraħ.  Azzopardi aċċetta li jagħmel dan filwaqt li spjega għalfejn ħass li kellu jitlob lill-Kummissarju tal-Istandaards biex jinvestigah. 

Dan ifisser li l-PN irid jimla' l-post tax-Shadow Minister għall-Ġustizzja. 

Il-gazzetta ILLUM, nhar il-Ħadd żvelat kif, fost oħrajn, Azzopardi għamel ħamest ijiem, bejn id-19 u l-24 ta’ Marzu tal-2017, fil-lukanda Hilton ta’ Tel Aviv. Azzopardi kellu l-kamra tiegħu mħallsa mit-Tumas Grupp li tiegħu dak iż-żmien Yorgen Fenech kien Direttur.

Waqt il-progamm Xtra ta’ nhar il-Ħamis li għadda, Jason Azzopardi qal li sakemm jiftakar sew, ma kien ħa xejn minn Tumas Group u enfasizza li hemm differenza kbira bejn dak li seta’ ġara qabel Novembru 2018 u wara li ħarġet l-istorja li l-kumpanija 17 Black kienet fil-fatt ta’ Yorgen Fenech.

Wara li ħarġet din l-istorja Azzopardi ammetta li l-Grupp Tumas ħallas għal din il-lukanda għalkemm qal li dan qatt ma waqqfu milli jaqbi dmirijietu. 

"Yorgen Fenech lili qatt ma tani xejn.  Jien lil Yorgen Fenech qatt ma tlabtu xejn, la qabel Novembru 2018 meta sar maghruf li hu s-sid ta' 17 Black, u lanqas  wara.   Nikkonferma li f’Lulju 2017  - sena u nofs qabel sar maghruf min hu s-sid ta' 17 Black -   jien kellimt lil Ray Fenech (li kont naf) u staqsejtu jekk setax jghini insib Lukanda f’Tel Aviv ghax kelli problema li ma stajt insib imkien u kelli tieġ hemmhekk. Biex ma ntawwalx, sabli u kien biss meta kont qed naghmel check out li r-receptionist qaltli li it had been taken care of," - spjega Azzopardi fir-reazzjoni tiegħu. 

Huwa qal li bħala ringrazzjament għal dan il-ħlas għadda rigal ta' oġġett tal-fidda lil Ray Fenech.

More in Politika