Meta tindifen vittma tal-Covid-19 il-qabar jinfetaħ biss wara 10 snin

Spjegat kif din hija rakkomandazzjoni li qed tagħmel l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa

Waqt il-bulletin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci kkonfermat li meta pazjent imut bil-Covid-19, il-qabar li fih jindifen ma jistax jinfetaħ qabel 10 snin.

Spjegat kif din hija rakkomandazzjoni li qed tagħmel l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa.

Fakkret kif sa ftit tax-xhur ilu l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ma kinitx qed tirrakkomanda funerali għall-pazjenti li jmutu bil-Covid-19 u minflok kienet qed issir biss id-difna, li għaliha jattendu l-aktar qraba viċin il-vittma.

Madanakollu, fl-aħħar ġimgħat il-WHO biddlet il-protokolli tagħha u għalhekk fl-aħħar jiem ingħata permess biex ikun jista' jsir il-funeral fil-knejjes ukoll.

More in Politika