Jasal f'Malta l-Kardinal-elett Mario Grech

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħuh fl-Ajruport

Il-Kardinal-elett mal-Arċisqof Charles Scicluna
Il-Kardinal-elett mal-Arċisqof Charles Scicluna

Illum wasal Malta l-Kardinal-elett Mario Grech.

Il-Prim Ministru Robert Abela, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħuh fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit.

Grech li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet se jkun qed isir Kardinal waqt il-konċistorju li sejjaħ il-Papa għal nhar is-Sibt 28 ta' Novembru.

Il-Kardinal-elett mal-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma
Il-Kardinal-elett mal-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma
Il-Kardinal-elett mal-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi
Il-Kardinal-elett mal-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi
Il-Prim Ministru mal-Kardinal-elett Mario Grech
Il-Prim Ministru mal-Kardinal-elett Mario Grech

L-Isqof Grech se jkun it-tielet Kardinal Malti.

F'Jannar li għadda miet il-Kardinal Prospero Grech. Meta sar Kardinal dan kellu aktar minn 80 sena u għalhekk ma setax jivvota f'konklavi li jeleġġi Papa ġdid.

Minkejja li ma vvotax għall-Konklavi, il-Kardinal Prospero Grech kien mexxa l-meditazzjoni fil-bidu tal-konklavi li eleġġa lill-Papa Franġisku.

Dan ifisser li Mario Grech se jkun l-ewwel Kardinal Malti, wara mijiet ta' snin, li għandu d-dritt jivvota f'konklavi.

 

More in Politika