Covid-19 | 12-il persuni fl-ITU; Tnejn minnhom għandhom inqas minn 55 sena

B'kollox, fl-isptarijiet hemm 76 pazjent

Waqt il-bulettin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif bħalissa total ta' 12-il pazjent bil-Covid-19 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u minn dawn, tnejn għandhom inqas minn 55 sena.

Fil-fatt, apparti dawk fl-ITU, hemm total ta' 76 pazjent li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet.

Minn dan, 12 jinsabu fl-Infection Diseases Units ta' Mater Dei, 21 jinsabu f'wards oħra f'Mater Dei, 19 jinsabu fl-isptar Boffa, 16 fl-isptar St. Thomas, pazjent f'Karin Grech u seba' pazjenti fl-isptar is-Samaritan it-Tajjeb (fejn qed jinżammu anzjani residenti fi djar tal-anzjani).

Gauci spjegat kif apparti ż-żewġ persuni li għandhom inqas minn 55 sena, fl-ITU ta' Mater Dei hemm ħames pazjenti li għandhom bejn 60 u 69 sena u ħamsa oħra li għandhom bejn 70 u 79 sena. 

More in Politika