Tliet kumpaniji internazzjonali se 'jtellqu' biex jintgħażlu għall-proġett tal-inċineratur

Dawn ġew magħżula għax ġabu l-aktar punti u għax Wasteserv qalet li għandhom "portafolli impressjonanti"

Dehra artistika tal-inċineratur
Dehra artistika tal-inċineratur

FCCMA-Hitachi JV Malta, Urbaser-Terna u Consortium Suez - Tecnimont - Termomeccanica huma t-tliet offerenti magħżula tal-Kwestjonarju ta’ Qabel il-Kwalifikazzjoni għall-impjant Waste to Energy (Inċineratur) tal-WasteServ. Hekk kif jiġi konkluż il-perjodu tal-appelli, l-offerenti magħżula jiġu mistiedna għall-istadju tal-akkwist li jmiss, l-Istedina biex Tipparteċipa fid-Djalogu (ITPD), u wara jiġu mitluba jagħmlu offerta fid-dokument finali tat-tender kompetitti

Dawn ġew magħżula għax ġabu l-aktar punti u għax wasteserv qalet li għandhom "portafolli impressjonanti".

L-eżerċizzju ta’ punteġġ kien ibbażat fuq kriterji kwantifikabbli stabbiliti minn qabel li kienu relatati mal-pożizzjoni finanzjarja u ekonomika, l-esperjenza u l-kompetenza tal-offerenti fir rigward tat-tlestija ta’ dan il-proġett. Il-gruppi magħżula għandhom "muskolu finanzjarju u tekniku qawwi ħafna" qalet il-Wasteserv u għandhom esperjenza vasta f’impjanti Waste to Energy."

"Dan jagħti lil Malta ċertezza qawwija li l-proġett se jitwassal b’mod impekkabbli u għal standards ta’ l-ogħla livell."

Dan il-proġett kien fl-għajn  ta' kritika ta' diversi għaqiet ambjentali kif ukoll taċ-Chairman ta' ADPD lCarmel Cacopardo i sostna f'art illi il-bżonn ta' inċineratur.  Ilbieraħ residenti tal-Magħtab, Baħar iċ-Ċagħaq u n-Naxxar ipprotestaw konyra dan il-proġett. 

More in Politika