Il-każi ġodda jibqgħu għolja; 155 każ ġdid f'ġurnata

Dan ifisser li issa l-każi attivi huma 1,649

Mil-bieraħ għal-lum f'Malta ġew irreġistrati 155 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 40 pazjent ġew iddikjarati mfejqa.

Dan ifisser li issa l-każi attivi huma 1,649.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Minn dawk tal-bieraħ, 20 kienu qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, tmienja kienu kollegi u 12 kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi.

Apparti dawn, kien hemm 14-il każ minn ġemgħat u żewġ każi oħra importati.

More in Politika