Baġit 2021 | Iċ-ċekkijiet se jerġgħu jingħataw u issa b'rati miżjuda

It-tax refund issa se jkun qed jitla’ għal bejn €45 u €95

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li għar-raba' darba, is-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed jibgħat iċ-ċekkijiet tar-reviżjoni tat-taxxa.

Din id-darba, spjega l-Ministru, iċ-ċekk se jerġa' jingħata iżda, din id-darba, b’rati miżjudin.

It-tax refund issa se jkun qed jitla’ għal bejn €45 u €95. L-ogħla valuri jingħataw lil min għandu l-aktar dħul baxx.

Aktar minn 218,000 persuna se jibbenefikaw minn din il-miżura li se tiswa lill-Gvern kważi €16-il miljun.

More in Politika