109 każi ġodda ta' Covid-19; sitt pazjenti jfiqu

B'kollox, ilbieraħ saru 2,561 test

Mill-bieraħ għal-lum, il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta komplew telgħin għal 1,450 hekk kif instabu 109 każi ġodda filwaqt li sitt pazjenti fiequ.

B'kollox, ilbieraħ saru 2,561 test.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Minn dawk tal-bieraħ, 40 huma qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, 17 kienu kollegi, seba' persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni infettati, sitt każi rriżultaw minn ġemgħat filwaqt li żewġ każi oħra kienu importati.

More in Politika