Rekord ġdid ta' każi ta' Covid-19: 112-il każ ġdid f'24 siegħa ... Il-każi attivi jaqbżu l-1,000

Rekord ta' każi ġodda f'24 siegħa, bil-każi attivi jaqbżu l-1,000 persuna

Jum ġdid u sfortunatament rekord ġdid ta' każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 112-il persuna b'dan il-virus.  Dan huwa rekord fuq ilbieraħ meta rriżultaw 111-il każ, wieħed inqas mil-lum.  Dan ifisser illi għall-ewwel darba n-numru ta' każi attivi qabeż l-1,000 u jlaħħaq l-1,009 każi b'kollox. 

Dawn il-112-il każ ġdid irriżultaw minn 2,481 swab li jfisser illi f'dawn l-aħħar 24 siegħa r-rata ta' persuni attivi kienet ta' 4.5%. 

28 minn dawk li rriżultaw fil-pożittiv kienu membri tal-familja ta' xi ħadd li kien irriżulta fil-pożittiv.

Intant fl-istess perjodu fiequ b'kollox 42 persuna. 

Dan ifisser illi minn Marzu, meta faqqa l-ewwel każ, sal-lum Malta kellha 4,160-il każ li minnhom 3,106 fiequ u 45 tilfu ħajjithom.

More in Politika