Nhar it-Tlieta l-Parlament se jiddibatti s-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta

Kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius li talab stqarrija ministerjali mill-Ministru u dibattitu dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19

Nhar it-Tlieta, il-Parlament se jkun qed jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta.

Kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-affarijiet tal-Parlament, David Agius, li staqsa jekk id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għandux stqarrija ministerjali x'jagħmel dwar il-fatt li f'Malta issa l-każi attivi tal-virus laħqu numri rekord.

Agius saħaq ukoll li għandu jkun hemm dibattitu dwar dan fil-Parlament.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Fearne laqa' din it-talba u insista li ġaladarba fis-seduta li jmiss (it-Tnejn) se jitressaq il-Baġit, f'dik tat-Tlieta lest jagħmel stqarrija ministerjali u wara jkun hemm lok għal diskussjoni miftuħa dwar il-Baġit.

"Ma għandi l-ebda problema li nagħmel dan u nirringrazzja lil David Agius li qajjem dan il-punt," insista Fearne.

More in Politika