In-numri jerġgħu jiżdiedu sew ... 100 każ ġdid ta' Covid-19 f'24 siegħa

100 każ pożittiv ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa - l-ogħla f'ġimgħat

In-numri ta' każi ta' Covid-19 reġgħu qed jiżdiedu sew hekk kif wara li l-każi ġodda bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kienu ta' 75, fl-aħħar 24 siegħa reġa' kien hemm 100 każ ta' Covid-19 ġdid - l-ogħla numru f'ġimgħat. 

Dawn il-100 każ irriżultaw minn 2,315-il test li saru fl-istess perjodu.  Intant fiequ fl-aħħar 24 siegħa 22 persuna  Dan ifisser illi bħalissa Malta għandha b'kollox 703 każi attivi ta' Covid-19. 

Ilbieraħ is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika wissiet li n-numri qed jiżdiedu u nnotat kif minkejja li fid-djar tal-anzjani qed jonqsu, hemm bżonn tinżamm il-viġilanza. 

19-il każ minn dawk li kienu pożittivi huma kuntatti ma' membri tal-familja diġa' pożittivi. 

More in Politika