€65 miljun f'riġenerazzjoni ekonomika permezz tal-€100 vouchers

Aktar minn €5.2 Miljun iġġenerati fl-ekonomija Għawdxija - 5,500 negozju jibbenefikaw mill-iskema

 

Il-Ministru Silvio Schembri bil-vouchers li tqassmu mill-Gvern
Il-Ministru Silvio Schembri bil-vouchers li tqassmu mill-Gvern

Implimentata b'suċċess fi żmien qasir, din il-miżura mhux biss ipprovdiet sens ta’ normalita għal madwar 440,000 resident Malti, permezz t'opportunità unika għal divertiment, ħin ta' kwalità mal-familja kif ukoll għax-xiri, imma din l-iskema irnexxielha wkoll tirriġenera d-dħul mitluf fil-pandemija għal aktar minn 5,500 negozju.

App innovattiva li setgħet tiġi nstallata faċilment, assigurat li l-proċess jitmexxa bla xkiel kemm għall-klijenti kif ukoll għan-negozji. 

 ‘L-istabbilimenti fis-settur turistiku rrappurtaw  li l-vouchers tal-€100 kienu ta’ stimulu sabiex kellhom iktar klientela f’dawn iż-żminijet diffiċli li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija tal-Covid-19’ stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Authority Joe Muscat Ii żied li bħala bħala Assoċjazzjoni jemmnu li l-vouchers tal- €100 li ħareġ il- Gvern  kienu mezz ieħor li taffew u pattew mhux ftit għall-effetti negattivi tal-covid fuq id-diversi setturi tat-turiżmu.
‘Kemm l-iskema tal-vouchers kif ukoll l-għajnuniet oħra li ta l-Gvern, b’mod speċjali lis-settur turistiku,   kienu fatturi ewlieni li  sensji li ħaddiema kienu minimi u l-istabilimenti turistici komplew  l-operat tagħhom anke jekk b’diffikultajiet bla preċedent li ġabet magħha l-pandemija tal-covid-19’ qal Muscat. 

Il-Ministru Schembri jindirizza konferenza tal-Aħbarijiet
Il-Ministru Schembri jindirizza konferenza tal-Aħbarijiet

Sal-bidu ta' Settembru 206, 876 vawċers ġew użati fi ħwienet, lukandi , ristoranti u akkomodazzjoni f’Għawdex. 20 % tal-impjiegi kollha f'Għawdex, li ammontaw għal madwar 2,000 impjieg, huma relatati mas-settur tat-turiżmu u għalhekk din l-inizjattiva tal-€100 Voucher kienet kruċjali għas-sopravivenza u l-benesseri ta' diversi lukandi liċenzjati tal-MTA u akkomodazzjonijiet oħra, li laqgħu b'mod pożittiv din l-istess inizjattiva.
Meta wieħed iqis li 67 % tad-dħul kollu għar-ristoranti u l-ħwienet f'Għawdex kien mill-vawċers użati, nistgħu ngħidu b'mod sigur li r-restimulazzjoni u l-ġenerazzjoni ta' attività ekonomika għal kulħadd hija dovuta għall-kontribuzzjoni diretta tar-residenti ta' Malta u Għawdex. 

B’kollox din il-miżura ġġenerat €65miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Hija inizjattiva li għamlet Sajf 2020 wieħed li mhux ta’ min jinsieh fejn f’pajjiż f’nofs pandemija li d-dinja ma kinitx preparata għaliha, kull resident Malta u Għawdex ra li jkun ta’ kontribut għall-attività u r-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. 

‘Bħala Gvern nafu bis-suċċess ta’ din l-inizjattiva. Smajna lin-negozji Maltin u Għawdxin li anke huma stess irringrazzjawna u faħħru l-inizjattiva. Bħala Gvern, il-ħidma għal budget tinsab fl-aqwa tagħha u d-diskussjonijiet għaddejjin kontinwament mal-imsieħba soċjali kollha sabiex anke issa fix-xhur li ġejjin naraw li nniedu l-aħjar miżuri li jeħduna għal irkupru ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna’ qal il-Ministru Schembri. 

Il-Ministru Schembri jżur negozji f'Għawdex
Il-Ministru Schembri jżur negozji f'Għawdex

More in Politika