Adrian Delia se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss

Delia qal li se jkun qed jikkontesta fuq it-tmien distrett

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ikkonferma li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Delia qal dan meta kien qed jitkellem waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank fuq Lovin Malta.

Huwa saħaq li se jkun qed jikkontesta fuq it-tmien distrett, li jinkludi, fost oħrajn, Birkirkara.

Delia qal ukoll li huwa interessat jikkontesta fuq distrett ieħor, iżda insista li se jkun qed iħalli f'idejn l-istrutturi tal-partit biex jiddeċiedu dwar dan. 

Mistoqsi dwar l-irwol li jixtieq li jkollu fil-Partit Nazzjonalista, Delia insista li hu lest li jservi kull fejn il-Partit jaħseb li hemm bżonn. 

More in Politika